Loading ...
Sorry, an error occurred while loading the content.

TBAGHBIS FIN-NATURA U IKEL LI NIEKLU

Expand Messages
  • Michael Briguglio
    TBAGHBIS FIN-NATURA U IKEL LI NIEKLU……….Michael Briguglio Il-krizi tal-Mad Cow Disease qieghda turi bic-car li l-bniedem m ghandux jaqbad u jbaghbas fi
    Message 1 of 1 , Jan 31, 2001
    • 0 Attachment
      TBAGHBIS FIN-NATURA U IKEL LI NIEKLU���.Michael Briguglio

      Il-krizi tal-Mad Cow Disease qieghda turi bic-car li l-bniedem m'ghandux
      jaqbad u jbaghbas fi processi naturali, ghax dan jista' jwassal ghal
      rizultati dizastruzi. F'dawn l-ahhar snin qamet kontroversja ohra f'dak li
      ghandu x'jaqsam ma' l-ikel u t-tbaghbis man-natura - il-kontroversja ta'
      l-Ikel Modifikat Genetikament - maghrufin bhala GMOs.

      Izda x'inhuma il-GMOs?

      L-ikel modifikat genetikament huwa ikel li jitkabbar b'metodi artficjali,
      billi jkun hemm tbaghbis fuq il-genetika. Permess ta' dan it-tbaghbis,
      l-frott u l-haxix jista' jitkabbar iktar malajr, jista' jkollu volum akbar,
      u jista' jirrezisti bosta mard u insetti. Hafna ikel processat fis-suq
      bhalissa aktarx fih is-soya modifikat genetikament, l-istess hafna laham u
      hut imrobbi minhabba l-ghalf. Hadd ma jista' jghid x'effetti ghandhom
      il-GMOs fuq is-sahha tan-nies. Izda diga' jezistu ezempji cari ta'
      rizultati koroh immens minhabba l-inginerija genetika fuq l-ikel.

      Wiehed mill-aghar ezempji sehh fl-1989, meta giet identifikata marda gdida,
      il-Eosinophilia Myalgia Syndrome (EMS), fl-Istati Uniti. Madwar 5,000
      persuna gew milquta b'din il-marda, u minn dawn 37 mietu u 1,500 spiccaw
      b'dizabiltajiet permanenti. Studji xjentifici tal-US Food and Drug
      Administration urew li l-EMS irrizultat minn kumpanija li, f'suppliment
      ta' l-ikel li tipproduci, kienet ghadha kif introduciet bakterja (batterju)
      li giet maghmula minn inginerija genetika. U dan is-suppliment kien 99.6%
      pur!

      Allura qed isir xi haga biex jigu evitati incidenti bhal dawn?

      Il-Kummissjoni Ewropeja u bosta pajjizi Ewropej bhall-Italja, Awstrija,
      Lussemburgu, Renju Unit, Franza u Germanja, iddikjaraw bhala illegali
      it-tkabbir tal-qamhirrum genetikament modifikat. L-Unjoni Ewropeja qieghda
      tintroduci iktar regolamenti li jiddefendu sahhet ic-cittadini u
      jippermettulu li jaghzel x'jiekol. Fil-futur qarib mistennija tghaddi ligi
      li taghmilha obligatorja li l-ikel ikun fih tikketta li turi jekk jinkludix
      GMOs.

      Barra min hekk, il-Partiti Hodor Ewropej - fosthom Alternattiva Demokratika
      - kif ukoll bosta Ghaqdiet Ambjentali qeghdin isostnu l-appell taghhom
      sabiex il-moratorju li jezisti fl-Unjoni Ewropeja kontra il-hrug kummercjali
      ta' GMOs godda ghandu jitkompla. Dan ukoll minhabba l-biza li ttkabbir
      sperimentali ta hxejjex genetikament modifikati jista jikkontamina ucuh ohra
      u jahrab mill-kontroll tal-bniedem b'konsegwenzi serji u irriversibbli.
      Il-Hodor u l-Alternattiva Demokratika qieghdin jipproponu wkoll it-twaqqif
      ta' zoni hielsa mill-GMOs, fosthom Malta.

      Minn naha l-ohra, il-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika iheggeg l-uzu
      ta' GMOs u anke jghin lil bosta kumpaniji biex jaghtu donazzjonijiet ta'
      l-ikel bil-GMOs lill-pajjizi tat-tielet dinja!

      Minhabba li m'hemm l-ebda garanzija li l-GMOs ma jaghmlux hsara kbira
      lis-sahha tan-nies, ic-cittadini ghandhom ikunu salvagwadjati mit-theddida
      tal-GMOs. Ghandhom ikollhom id-dritt li jkunu jafu jekk l-ikel li jixtru
      giex modifikat genetikament. Ghandhom ikollhom id-dritt li jiddeciedu jekk
      ghandhomx ikabru ikel modifikat genetikament jew jekk ghandux jintema
      lill-annimali. Fuq kollox ghandhom id-dritt li jissalvagwardjaw sahhithom.

      Il-krizi tal-Mad Cow Disease ghalmitna hafna dwar it-tbaghbis bin-natura.
      Fil-kaz tal-GMOs, ahjar inhallu l-kaxxa ta' Pandora maghluqa. Fi kliem
      Martin Luther King, Jr. "Our scientific power has outrun our spiritual
      power. We have guided missiles and misguided men".

      (Michael Briguglio huwa gradwat fis-Socjologija u huwa l-Ufficjal
      Relazzjonijiet Pubblici ta' l-Alternattiva Demokratika)

      _________________________________________________________________________
      Get Your Private, Free E-mail from MSN Hotmail at http://www.hotmail.com
    Your message has been successfully submitted and would be delivered to recipients shortly.