Loading ...
Sorry, an error occurred while loading the content.
 

Alternattiva Demokratika-Stqarrija Media Kontaminazzjoni ta' L-Arja: Thassib u proposti ta' l-Alternattiva Demokratika

Expand Messages
  • Mark Causon
    Alternattiva Demokratika The Green Party 149,Archbishop Street, Valletta tel 571530 email : markc@global.net.mt http://www.alternattiva.org.mt STQARRIJA MEDIA:
    Message 1 of 1 , Jan 4, 2001
      Alternattiva Demokratika
      The Green Party
      149,Archbishop Street,
      Valletta
      tel 571530
      email : markc@...
      http://www.alternattiva.org.mt



      STQARRIJA MEDIA:
      KONTAMINAZZJONI TA' L-ARJA : THASSIB U PROPOSTI TA' L-ALTERNATTIVA
      DEMOKRATIKA

      Alternattiva Demokratika qieghda tesprimi t-thassib taghha dwar
      ir-rizultati
      tan-National Air Quality Standards, li gew zvelati mill-Ministru ta'
      l-Ambjent Francis Zammit Dimech ftit jiem ilu. Dawn it-testijiet zvelaw
      prezenza eccessiva ta' dhahen u ta' skart li tikkontamina l-arja f'Malta.

      It-testijiet ikkonfermaw li hafna minn dawn id-dhahen jigu emessi minn
      karozzi, trab mill-kostruzzjoni, mizbliet, fabriki, agrikultura u sorsi
      ohra. Dawn id-dhahen jistghu jaffetwaw hazin hafna is-sahha ta' bosta nies,
      specjalment ta' dawk li jbatu bl-azma jew b'mard konness man-nifs, mard
      tal-qalb, kif ukoll tfal u anzjani. Tabilhaqq jista' jwassal ghal mard
      serju
      fil-pulmun, problemi fin-nifs kif ukoll imwiet prematuri.

      Filwaqt li Alternattiva Demokratika tirrikonoxxi li saru xi tibdiliet
      fil-Power Station tal-Marsa, li tnaqqset ir-rata ta' VAT fuq l-Energija
      Solari, li ddahlu ligijiet li jikkontrollaw l-uzu tal-pesticidji
      fl-agrikultura kif ukoll hargu tenders ghall-immaniggjar ta' l-Iskart,
      Alternattiva Demokratika issostni li fadal hafna xi jsir sabiex is-sahha
      tal-Maltin ma tkunx mhedda minn dhahen u skart eccessiv.

      Alternattiva Demokratika issostni li ghadhom jiddahlu mizuri illum qabel
      ghada sabiex titnaqqas il-kontamizzajoni ta' l-arja. Fost il-mizuri li
      ghandhom jiddahlu hemm

      · li fil-Power Station tal-Marsa ikun hemm iktar hafna iktar investiment
      f'dak li ghandu x'jaqsam ma' precipitators u li jwaqqfu it-trab iswed;
      · li l-Gvern jintroduci iktar mizuri favur energija nadifa bhal dik solari;
      · li l-Gvern jintroduci incentivi favur l-agrikultura organika li ma tuzax
      pesticidji velenuzi;
      · li jkun hemm titjib sostanzjali fit-Trasport Publiku biex ihajjar lil
      iktar nies juzawh;
      · li jibda jintuza petrol u diesel iktar nadif fil-karozzi;
      · li l-Gvern jaghti widen lill-qasam ambjentali fl-ghazla ta' tender
      ghall-immaniggjar ta' l-iskart;
      · li Malta taddatta u timplimenta l-istandards ta' l-Unjoni Ewropea dwar
      dhahen u skart;
      · li l-Gvern iwessa l-konsultazzjoni ambjentali ma' esperti,
      istituzzjonijiet, ghaqdiet non-governattivi u cittadini sabiex verament
      jaddatta politika ambjentali serja u effettiva;

      Alternattiva Demokratika, filwaqt li tfakkar li ilha ghal dawn l-ahhar
      12-il
      sena tipproponi mizuri ambjentali jharsu is-sahha tal-Maltin, theggeg
      lill-Gvern biex ikollu iktar determinazzjoni favur politika li tnaqqas
      il-livelli allarmanti ta' dhahen u skart li jikkontaminaw l-arja.
      L-Alternattiva Demokratika hija herqana li tiddiskuti politika ambjentali
      mal-Gvern u ma' min ghandu rieda tajba fuq dan il-qasam.


      Michael Briguglio
      Ufficjal Relazzjonijiet Pubblici
      mbrig@...

      ALTERNATTIVA DEMOKRATIKA - "NIFS GDID, NIFS NADIF"
    Your message has been successfully submitted and would be delivered to recipients shortly.