Loading ...
Sorry, an error occurred while loading the content.

Appell dwar il-Golf Kors

Expand Messages
  • Stephen Cachia
    Qieghed nibghatlek appell illi qed tintbaghat lil numru ta persuni f pajjizna sabiex inqajjmu kuxjenza dwar il-Golf Kors illi qed jigi propost f Tal-Virtu,
    Message 1 of 1 , Aug 1, 2000
    • 0 Attachment
      Qieghed nibghatlek appell illi qed tintbaghat lil numru ta' persuni f'pajjizna sabiex inqajjmu kuxjenza dwar il-Golf Kors illi qed jigi propost f'Tal-Virtu, ir-Rabat. Qeghdin naghmlu appell sabiex b'xi mod turi appogg ghal din il-kampanja. Mod semplici u effettiv kif tista' taghmel dan huwa billi tikteb ittra fil-gazzetti lokali, partikolarment The Times u The Malta Independent, bir-ragunijiet ghalfejn ma taqbilx mal-proposta tal-Golf Kors.  Billi nahsbu illi l-Awtorita' ta' l-Ippjanar se tiddiskuti dan il-progett f'Settembru nahseb illi tifhem l-urgenza tal-kaz. Hawn taht ghandek issib l-appell. Jekk trid iktar informazzjoni dwar l-implikazzjonijiet gravi ta' dan il-progett nitolbok tikkuntatjani fuq cachia@... jew inkella taghmel kuntatt fuq in-numru tat-telefon u e-mails imsemmija fl-appell.
      Il-Front Kontra l-Golf Kors huwa maghmul minn dawn l-ghaqdiet: Ghaqda Bdiewa Progressivi, Moviment ghall-Ambjent (Friends of the Earth -Malta), Nature Trust, ECO, Moviment Graffitti, Alternattiva Demokratika, Zminijietna, Ghaqda Vegetarjana, Pembroke Residents' Association, Iz-Zuntier, Laboratorju tal-Paci.
       
      Nirringrazzjak hafna ta' l-attenzjoni u inselli ghalik
       
      Stephen
       
       
      Ahna grupp ta’ ghaqdiet b’ghanijiet differenti li nghaqadna flimkien bhala Front Kontra l-Golf Kors.  M’ahniex kontra l-izvilupp jew it-turizmu, anzi altru milli hekk.  Ahna izda favur l-ippjanar bis-sens tal-progetti li jigu proposti fil-gzejjer Maltin, fosthom billi nippromwovu turizmu li huwa sostenibbli bhall-eko- jew l-agriturizmu. Qeghdin niktbulek biex infiehmuk l-argumenti taghna bit-tama li niksbu wkoll l-appogg tieghek.

       Madwar 150 bidwi u l-familji taghhom, kif ukoll art agrikola ghammiela hafna fl-inhawi ta’ taht tal-Virtu’ fir-Rabat – medda tal-art li b’kollox fiha 900 tomna (daqs tas-Sliema jew il-Hamrun jew il-Kottonera kollha!) jinsabu mheddin minhabba fi proposta li saret biex flok dawn il-bdiewa u flok il-biedja, ftit dilettanti tal-golf jkunu jistghu jipprattikaw l-isport taghhom.  Dan hu wiehed mill-ikbar progetti li qatt gie propost fil-kampanja Maltija.  Din l-art ferm sabiha u ferm ghammiela, li fiha wkoll ghadd ta’ annimali rari u mharsin bil-ligi bhall-ballottra, sejra tinghalaq ghall-pubbliku u tinghata ghall-uzu esklussiv ta’ ftit nies.  Sejrin jinhlew 1.8 miljun metru kubu ta’ ilma fis-sena – iktar milli jikkonsmaw 11,000 persuna – biex il-korsa tinzamm hadra minbarra l-ammont kbir ta’ pesticidi li sejrin jintefghu fuq din il-medda tal-art fis-sena.

       Ahna ninsabu certi li intom tifhmu kemm hu gravi dak illi qieghed jigi propost ghall-pubbliku Malti,jekk xejn ghaliex dan huwa precedent perikoluz li jekk ikun approvat, jaf jirrepeti ruhu .  Ghalhekk inhegguk biex tikteb lill-Awtorita’ tal-Ippjanar jew fuq il-gazzetti lokali u turi id-disapprovazzjoni tieghek ghal dak illi qieghed jigi propost fir-Rabat. 

      Biex tikseb iktar taghrif kif tista’ tghinna nitolbuk tikkuntattjana fuq in-numri tat-telefon: 248558 jew 342269 jew 311413 jew emails: naturetrust@..., golfvirtu@...m, movgraff@... inkella l-indirizzI postali PO Box 24, Sliema, jew PO Box 9 Valletta CMR 01.

       Il-wirt naturali u agrikolu Malti ghandu bzonn l-ghajnuna tieghek…jekk joghgbok taghlaqx ghajnejk u ghinna naghmlu differenza qabel ma jkun tard wisq - inghaqad maghna fil-Front kontra l-Golf Kors!

       

      Nizzuk hajr tal-ghajnuna tieghek

      Front Kontra l-Golf Course

    Your message has been successfully submitted and would be delivered to recipients shortly.