Loading ...
Sorry, an error occurred while loading the content.

Dr Harry Vassallo: B’AD f’gvern ta’ koalizzjoni hadd ma jibqa’ preferut u ‘l fuq mil-ligi

Expand Messages
  • pr@alternattiva.org.mt
    PR 02/03/08 - Dr. Harry Vassallo: B’AD f’gvern ta’ koalizzjoni hadd ma jibqa’ preferut u ‘l fuq mil-ligi. - AD
    Message 1 of 1 , Mar 2 6:25 AM
    • 0 Attachment
      PR 02/03/08

      - Dr. Harry Vassallo: B’AD f’gvern ta’ koalizzjoni hadd ma jibqa’ preferut u ‘l fuq mil-ligi.
      - AD f’kuntatt mal-partit Germaniz Die Grunen dwar il-Lidl.
      - Dizappunt kbir ghall-involviment ta’ Jeffrey Pullicino Orlando fil-kaz oxxen tal-Mistra. Daqqa ta’ harta ohra lill-kredenzjali ambjentali tal-gvern.

      Fl-ahhar Hadd tal-kampanja elettorali Dr. Vassallo indirizza lill-attivisti u sostenituri ta’ Alternattiva Demokratika – The Green Party fil-Lukanda Vivaldi f’San Giljan. Dr. Vassallo tkellem dwar is-setgha li ghandhom f’idejhom il-votanti: dik li jtemmu darba ghal dejjem il-hakma assoluta ta’ partit wiehed fil-gvern li jirrombla minn fuq kulhadd ghal hames snin shah. Dr. Vassallo qal li Lawrence Gonzi ghadu ma fehemx li wara snin shah ta’ gvern ta’ partit wiehed, f’dawn l-ahhar snin iddominat b’mod assolut mill-Partit Nazzjonalista, hu bhala l-kap tal-gvern huwa suggett ghal kritika bhall-gvernijiet u l-kapijiet ta’ gvern fil-pajjizi demokratici kollha. Hekk titlob id-demokrazija. Dr. Vassallo sahaq li hu u l-AD qatt ma insulenta lil hadd. “Jekk Lawrence Gonzi jiehu l-kritika bhala xi insult jew qed jipprova jidhak b’numru zghir ta’ nies li jahsbu li kull ma jghid hu huwa vangelu jew inkella huwa sensittiv izzejjed.” Dr. Vassallo zied li hemm differenza
      bejn kritika u insulti. “Ghad hawn minn ma fehemx id-differenza. Li kieku kelli naghmel lista ta’ politika dizonesta u l-qlajjiet li nqalghu fuqu u fuq esponenti ta’ AD minn esponenti ewlenin u ufficcjali tal-partiti l-ohra ma nispicca qatt”.

      Dr. Vassallo qal li jghidu x’jghidu l-partiti l-ohra huma n-nies li jiddeciedu jekk ikunx hemm koalizzjoni jew le. Il-vot huwa tan-nies u la huwa ta’ Dr. Gonzi u lanqas ta’ Dr. Sant. “Koalizzjoni ssehh skond kemm igibu voti l-partiti fl-elezzjoni u hadd ma jista’ jwaqqaf lill-pajjiz milli jsir pajjiz normali bhal bqija tal-pajjizi ta’ l-Unjoni Ewropea fosthom l-pajjizi Skandinavi, l-Germanja, r-Repubblika Ceka, l-Olanda u ohrajn. Dawn il-popli fehmu li poter assolut f’idejn klikka zghira ta’nies huwa perikoluz u jzomm lill-pajjiz lura”.

      Dr. Vassallo irrefera ghal kaz tas-supermarket illegali f’Hal Safi. Qal li kien success enormi ghall-AD il-fatt li wara oxxenita simili wiehed mill-bordijiet tal-MEPA kellu jirrizenja. “Li huwa tat-thassib hu li nhataret malajr malajr Kummissjoni ghall-Kontroll ta’ l-Izvilupp gdida. Ghaliex hemm daqshekk ghaggla biex jinhatar bord gdid wara skandlu ta’din il-kwalita?”

      Dr. Vassallo qal:”Lawrence Gonzi jew mhux kapaci jew ma jridx jieqaf lil Charles Polidano. Ghaldaqstant AD diga qeghdha f’kuntatt mal-Partit Die Grunen tal-Germanja biex dawn jinfurmaw lill-kumpanija Germaniza Lidl dwar dan il-kaz skandaluz u biex iwissuha li qed tkun involuta ma min kontinwament ghamel li ried u li ghogbu bil-gvern jibqa’ b’idejh marbuta jhares. Illum kumpaniji serji, bhal ma nassumu hija l-Lidl jaghtu importanza lil ‘Responsabilita Socjali tal-Korporazzjonijiet’ (Corporate Social Responsibility) u tajjeb li Lidl tkun taf li hawn min qed ihammeg ir-reputazzjoni taghha hawn Malta. Fejn ma waslux Lawrence Gonzi u George Pullicino ghal ragunijiet li jafu huma biss se tasal Alternattiva Demokratika. AD f’gvern ta’ koalizzjoni twaqqaf dawn l-oxxenitajiet fil-bidu nett qabel ikun tard wisq”.

      Dr. Vassallo semma ukoll l-bzonn ta’diskussjoni serja u fit-tul dwar l-edukazzjoni. Ikkundanna l-propaganda ta’ biza li qed tintuza f’din il-kampanja u qal li min qed jzeffen fin-nofs l-edikazzjoni tat-tfal ghal gwadann politiku huwa irresponsabbli. Semma kif Louis Deguara kiteb artikli repetutament dwar is-sostenibbilita ta’ l-ispiza fuq is-sahha u issa fil-battibekk bejn il-PN u l-MLP in-nies qed tispicca tithawwad x’taqbad temmen. Qal li AD tinkwieta li wasalna f’punt fejn minhabba nuqqas ta’ ippjanar hemm min tkellem u kiteb f’dokumenti ufficcjali li s-sahha pubblika ghandha tigi bi hlas. Appella ghal diskussjoni serja u fit-tul dwar dan il-qasam.

      Dr. Vassallo tkellem ukoll dwar il-kaz li sejjahlu ‘oxxen’ tal-Mista u qal li huwa dizappuntat kif Jeffrey Pullicino Orlando, li ta kontribut hekk siewi meta oppona l-proposti tal-gvern biex issir mizbla hdejn l-Imnajdra u simenterija fl-inhawi tas-
      Siggiewi jinvolvi ruhu f’kaz daqshekk oxxen fil-Mistra li tinvolvi l-bini ta’ diskoteka ghal 8,000 ruh.

      Dr. Vassallo ghalaq billi rega tenna li bidla vera fil-pajjiz issehh meta nieqfu bit-teatrin ta’partit wiehed fil-gvern li jghaddi minn fuq kulhadd bhal romblu, b’nies li ghax jafu li ghandhom poter assolut ma jhammrilhom wicchom xejn u jispiccaw jiggustifikaw l-ingustifikabbli. Qal li aktar u aktar nies qed jhossuhom hielsa. Se jivvutaw ghax jaqblu ma partit u mhux ghax jibzaw minn iehor. Dawn huma nies li ma jaghtux kaz il-propaganda ta’ biza ta’ min irid jiggranfa mal-poter assolut akkost ta’ kollox. “Vot ghal AD biss huwa vota favur bidla fil-mentalita politika. Huwa vot favur in-normalita, t-tolleranza u l-koperazzjoni”.
    Your message has been successfully submitted and would be delivered to recipients shortly.