Loading ...
Sorry, an error occurred while loading the content.

Fw: Gejja l-elezzjoni: u ghandna bzonnok!!!

Expand Messages
  • Alternattiva Demokratika
    Gheziez membri u simpatizzanti ta’l-Alternattiva, Malli jghaddu c-celebrazzjonijiet tal-Milied, gejja sena ta’ hidma kbira ghall-Alternattiva.
    Message 1 of 1 , Jan 3, 2003
    • 0 Attachment
       

      Gheziez membri u simpatizzanti ta’l-Alternattiva,

       

      Malli jghaddu c-celebrazzjonijiet tal-Milied, gejja sena ta’ hidma kbira ghall-Alternattiva. Ir-referendum dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kunsilli Lokali, u l-elezzjonijiet generali.  L-AD se tiehu sehem f’kollha.  Qed naghfsu ghal “IVA” ghal shubija shiha fl-Unjoni Ewropea, u se nohorgu aktar kandidati lokali mis-sena l-ohra, mhegga mir-rizultati posittivi li kellna u determinati aktar minn qatt qabel biex nergghu lura fil-komunitajiet u nsemmghu lehinna b’mod effettiv.

       

      Izda l-akbar ghadma se tkun l-elezzjoni generali.  L-2003 se jkun krucjali.  Ir-rih qed idur:  iktar nies iridu lill-Alternattiva, iktar nies se jivvutawlna.  Irridu nzidu l-vot nazzjonali ghall-oghla li qatt kellna u sejrin nahdmu bla heda biex ingibu l-ewwel siggu fil-Parlament.

       

      Fl-elezzjonijiet l-ohra ghamilna l-mirakli bil-ftit li kelllna.  Issa rridu naghmlu l-MIRAKLU. U ghal dan GHANDNA BZONNKOM.  Mhux qed insaqsukom ghall-flus (ghalkemm SMS vojt lil 618100 xorta napprezzawh):  qeghdin insaqsukom ghal daqsxejn HIN MINN TAGHKOM.

       

      Jekk se jkollna l-AHJAR kampanja li qatt kellna, ghandna bzonn hafna haddiema ghall-hsad il-kbir.  Hawn isfel tistghu issibu numru ta’ affarijiet li jkollhom bzonn isiru:

       

      ·         Thejjija u twahhil ta’ posters

      ·         Web design u e-campaigning

      ·         Kitba ta’ artikli u ittri fuq il-gazzetti

      ·         Tqassim ta’ fuljetti

      ·         Ghajnuna waqt il-home visits

      ·         Xoghol fl-ufficju

      ·         Thejjija ta’mailshots

      ·         Monitoring tar-radju, TV u l-internet

      ·         Ricerka

      ·         Street Leaders

      ·         Transport tax-Xjuh u l-Morda

      ·         Ghajununa f’Jum l-Elezzjoni

      ·         Provizjon ta’ materjali, ikel u xorb, trasport ecc.

       

       

      L-Alternattiva ghandha bzonn il-hiliet u r-rizorsi tieghek u daqsxejn minn hinek.  Taf x’taf, hemm post ghalik fi hdan il-campaign team taghna.

       

      INGHAQAD MAL-FAMILJA DEJJEM TIKBER. FLIMKIEN NASLU ZGUR.

       

      Jekk joghgbok, wiegeb dan l-email u nsibulek x’taghmel zgur.

       

      B’solidarjeta`,

      Mark Vella

      Koordinatur Progetti- Alternattiva Demokratika

      www.alternattiva.org.mt
      ____________________________________________________
        IncrediMail - Email has finally evolved - Click Here
    Your message has been successfully submitted and would be delivered to recipients shortly.