Loading ...
Sorry, an error occurred while loading the content.

8435Stqarrija 4/11/2013 AD: Budget sfukat.

Expand Messages
  • Alternattiva Demokratika
    Nov 4, 2013

      L-ewwel reazzjoni ta’ AD ghall-Budget 2014.

       

      L-ewwel mistoqsija li tqum meta wiehed ihares lejn l-estimi huwa dwar il-projezzjoni ta’ dhul tal-Gvern. Billi f’Gunju l-projezzjonijiet ghad-dhul mill-VAT u t-taxxa tad-dhul kienu baxxi u d-dhul attwali kien fil-fatt anqas minn dak progettat, ghadu mhux car jekk il-projezzjonijiet tad-dhul tal-Gvern ghall-2014 humiex ottimisti zzejjed. Skont il-Ministru tal-Finanzi l-projezzjonijiet li fuqhom huwa bbazat il-budget huma verifikati mill-Awditur Generali. Ic-Chairperson ta’ AD, Prof. Arnold Cassola sahaq li l-Ministru ghandu jippubblika r-rapport tal-Awditur Generali fuq dil-materja.

       

      Arnold Cassola zied jghid li AD tqis il-bidu tal-process tal-ftuh ta’ childcare centres, il-kuncett ta’ ‘making work pay’, u l-proposti ta’ programmi u ncentivi ghal zghazagh li la qeghdin jahdmu u lanqas jistudjaw huma pozittivi.

       

      Madanakollu AD thoss li l-budget huwa sfukat u hemm ftit kliem fuq kollox, bi ftit proposti konkreti u numru ta’ kontradizzjonijiet.

       

      Ic-Chairperson ta’ AD, Arnold Cassola qal:”F’xi oqsma m’hemmx direzzjoni cara. Ezempju huwa fejn jidhlu l-awtoritajiet u kummissjonijiet, ghax minflok jissimplifika l-amministrazzjoni l-Gvern qed jikkomplika l-affarijiet. F’pajjiz zghir, minflok jikkonsolida l-awtoritajiet il-Gvern qed jerga jisparpalja r-rizorsi bil-holqien ta’ awtoritajiet u kummissjonijiet godda. Ezempju huwa l-holqien ta’ Awtorita dwar l-Avjazzjoni, liema qasam se jerga jinqata’ minn Transport Malta.

       

      Kontradizzjoni kbira hija li l-Gvern isemmi l-bzonn tal-protezzjoni tal-kosta, izda imbaghad il-Prim Ministru ihalli l-oxxenita ambjentali kbira tal-abbuzi tal-bini fl-Armier. Il-Gvern isemmi l-monitoragg tal-arja imma fl-istess hin se jzid it-traffiku fil-Belt Valletta u jnaqqas b’mod qawwi l-hlas tar-registrazzjoni tal-karozzi, mhux biss dawk li jniggsu l-inqas izda anke dawn li jniggsu aktar.

       

      Milli jidher bil-mizuri li jimlew l-Belt bil-karozzi l-Gvern qata’ qalbu li jkun hemm trasport pubbliku sura, anke lejn il-Belt. M’hemm l-ebda referenza ghal inkoraggiment ta’ mezzi ta’ alternattivi ta’ trasport u lanqas ideat ta’ kif se titjieb s-sistema tat-trasport pubbliku.

       

      Jidher ukoll li l-Gvern qata qalbu li jsolvi l-problema ta tfal li qed jitwasslu kmieni l-iskola. Is-soluzzjoni li hareg biha hija li joffri kolazzjon lit-tfal, flok ma ttanta li jfassal strategija kredibbli li ssahhah t-trasport lejn l-iskejjel.

       

      Arnold Cassola qal li dawk ta’ dhul baxx baqghu jigu njorati. “Filwaqt li t-taxxi ghal min jaqla’ l-aktar ikomplu jonqsu, l-persuni b’dizabilita se jibqghu b’pensjoni mizera ta’ nofs il-paga minima. Fl-istess hin il-paga minima, li tfisser li familji shah jghixu fil-faqar, se tibqa’ l-istess.