Search the web
Sign In
New User? Sign Up
Alternattiva · AD - www.alternattiva.org.mt
? Already a member? Sign in to Yahoo!

Yahoo! Groups Tips

Did you know...
Want your group to be featured on the Yahoo! Groups website? Add a group photo to Flickr.

Best of Y! Groups

   Check them out and nominate your group.
Having problems with message search? Fill out this form to ensure your group is one of the first to be migrated to the new message search system.

Messages

  Messages Help
Advanced
Barroso ghandu jitlaq... l-Alternattiva ghandha tibqa'   Message List  
Reply | Forward Message #6428 of 6565 |

Barroso għandu jitlaq

minn Michael Briguglio

http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=54665

L-Orizzont 1 ta’ Lulju 2009

 

Il-grupp tal-Ħodor fil-Par­lament Ewropew qed jagħmel kampanja biex il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Josè Manuel Barroso (ritratt), ma jerġax jiġi appuntat f’din il-kariga daqshekk importanti. F’dan ir-rigward se jittieħed vot kruċjali fil-Parlament Ewropew nhar l-14 ta’ Lulju, u alleanzi bejn partiti varji jistgħu jwaqqfu lil Barroso u b’hekk jinstab kandidat al­ternattiv.

Iżda x’għamel ħażin Barroso? F’dak li għandu x’jaqsam mal-ekonomija, il-Kummissjoni Ew­ropea, immexxija minn Barroso, falliet milli tindirizza b’mod konvinċenti n-nuqqas ta’ re­golazzjoni fis-settur finanzjarju, liema settur kellu rwol prinċipali fil-kriżi globali ekonomika, minħabba raġunijiet bħall-ispekulazzjoni bla rażan.

Il-Kummissjoni Barroso ħadet xi passi biss wara pressjoni minn pajjiżi msieħba fl-UE, meta dan kien tard wisq għal ħafna ħaddiema li tilfu xogħolhom.

Barroso mbotta ukoll biex ikun hemm iktar privatizzazzjoni, liberalizzazzjoni u nuqqas ta’ regoli f’setturi varji tal-eko­nomija, fosthom bosta servizzi pubbliċi bħall-enerġija, il-posta u t-trasport. Fl-istess ħin, saru attakki fuq kisbiet li għamlu ħaddiema tul is-snin, bħalma hi dik ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali.

F’isem il-kompetittività, Barroso ppromwova d-‘dumping’ soċjali, fejn ħafna impjiegi ġodda huma ta’ natura prekarja, bħalma hu xogħol kuntrattwali u partajm. B’hekk miljuni ta’ ħaddiema fl-UE qed jiċċaħdu minn drittijiet bażiċi, u sa­ħansitra ftehim kollettiv u regoli nazzjonali bħal dik tal-paga minima qed jiġu mminati minħabba li kumpaniji qegħdin jitħallew iġibu ħaddiema minn pajjiżi oħrajn b’kundizzjonijiet ferm inferjuri u b’hekk iħallsu­hom ferm inqas minn dak stabbilit fil-pajjiż fejn ikunu qegħdin jaħdmu. Dan biex ma nsemmux fatturi oħrajn bħas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

Filwaqt li Barroso ħalla d-‘dumping’ soċjali, l-istess Kum­missarju naqas milli jieħu azzjoni biex il-kummerċ fuq livell globali jkun iktar ġust. Naqas ukoll milli jieħu azzjoni serja kontra pro­blemi ekoloġiċi bħat-tibdil fil-klima.

Għall-kuntrarju, il-Kum­misjoni Barroso dgħajfet bosta proposti għall-politika li tik­konfronta t-tibdil fil-klima, u anke għall-politika serja kontra t-tniġġiż tal-arja, l-immaniġġjar tal-iskart u kimika perikoluża. Għalhekk, l-immaġini pożittiva tal-UE bħala mexxejja dinjija fil-qasam ekoloġiku qed tiġi mminata mill-Kummisjoni Bar­roso. Il-profitti ta’ kumpaniji kbar qed jiġu qabel l-ugwaljanza soċjali, is-saħħa tan-nies u s-sostenibbiltà ambjentali.

Hemm bosta raġunijiet oħrajn għaliex Barroso għandu jin­għata vot ta’ sfiduċja fil-Parla­ment Ewropew. Wieħed jista’ jaqra iktar dwar dan f’www.stop-barroso.eu

L-Alternattiva għandha tibqa’

Fl-aĦĦar artiklu tiegħi  f’din il-kolonna elenkajt  raġunijiet li fl-opinjoni tiegħi wasslu għar-riżultati li ġabet l-Alternattiva Demokra­tika fl-elezzjonijet Ewropej u tal-kunsilli lokali. Minn dak iż-żmien ’l hawn, l-eżekuttiv tal-Alternattiva għamel xi laqgħat u jidher b’mod ċar li hemm rieda qawwija li l-partit ikompli. Fil-ġranet li ġejjin AD se tkompli tiltaqa’ u tiddiskuti l-futur tagħha.

Iżda, biex ngħiduha kif inhi, AD għandha bżonn il-finanzi biex tkompli topera, speċjalment meta wieħed iqis li AD ma tieħu l-ebda finanzjament mill-istat, għall-kuntrarju tal-PN u l-PL.

Għalhekk nappella lil min jixtieq li AD tkompli tkun attiva għall-ġustizzja soċjali, ġustizzja ambjentali u drittijiet ċivili, biex jagħti donazzjoni lill-partit. Dan jista’ jsir permezz ta’ ċekk lil: Alternattiva Demokratika, c/o Greenmantle, 36 Triq l-Għarbiel, Swieqi SWQ 3251, jew donaz­zjonijiet/‘standing orders’ fil-kont tal-Bank of Valletta 40015056960 .

Grazzi mill-qalb!

 



Wed Jul 1, 2009 10:10 am

michaelbrigu...
Offline Offline
Send Email Send Email

Forward
Message #6428 of 6565 |
Expand Messages Author Sort by Date

Barroso ghandu jitlaq minn Michael Briguglio http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=54665 L-Orizzont 1 ta' Lulju 2009 Il-grupp tal-Hodor fil-Par­lament...
Michael Briguglio
michaelbrigu...
Offline Send Email
Jul 1, 2009
11:02 am
Advanced

Copyright © 2009 Yahoo! Inc. All rights reserved.
Privacy Policy - Terms of Service - Guidelines - Help